Parlament

Jeħtieġ li l-kultura tiddaħħal iktar fil-mentalità tal-poplu Malti

-Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex isiru l-kampanji metieġa biex il-kultura tiddaħħal iktar fil-mentalità tal-poplu Malti u biex għalhekk dan isir jgħaraf iktar il-patrimonju storiku tiegħu.

F’diskors fil-parlament Karl Gouder tkellem dwar il-mod kif saret u qed issir il-konservazzjoni tal-wirt storiku fl-aħħar 15-il sena fejn sar investiment kulturali qawwi biex dan jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri. Hu appella biex ħafna bini storiku partikolarment fin-naħa t’isfel ta’ Malta jkun konservat u restawrat. Minkejja l-ħidma li saret għad hawn ħafna nies li għalihom il-wirt storiku ma jfisser xejn u għalhekk għandha issir kampanja ta’ apprezzament għall-kultura Maltija.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-pajjiż għad hawn min qatt ma daħal f’teatru jew mar jara esebizzjoni tal-arti jew segwu rappreżentazzjoni teatrali. Jeħtieġ jiżdiedu l-attivitajiet kulturali fl-iskejjel, sostna Karl Goduer, li appella biex jiżdiedu r-riżorsi lis-Sovratendenza.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hu proġettat li s-Sovratindenza se tagħmel telf ta’ kważi €700,000 u għalhekk il-fond ta’ €100,00 żgur li mhux biżżejjed. Dwar Valletta 2018 hu qal li kien dejjem xettiku kemm se jitħalla legat wara Valletta 2018. Il-pajjiż ma rnexxielux juża’ l-2018 biex jitbiddlu l-idea tal-poplu Malti dwar il-kultura u biex jitbiddel il-mod kif il-poplu jħares lejn il-kultura.

Karl Gouder sellem lill-kunsilli lokali biex il-kultura tinżamm ħajja li qed jassumu responsabbiltajiet kbar biex isaħħu l-kultura. Hu sellem ukoll lill-artisti Maltin u appella biex il-pajjiż ikollu iktar artisti.