- Claudette Buttigieg,PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat għar-rispett lejn id-deċiżjonijiet kollha li jieħdu l-koppji għaliex kull deċiżjoni favur il-ħajja timmerita apprezzament u rispett.
Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li s-soċjetà tagħmel pressjoni fuq il-koppji li jkunu għadhom kif iżżewġu biex dawn ikollhom it-tfal. Dan meta mhux il-koppji kollha li jiżżewġu jridu jkollhom it-tfal jew li jistgħu fil-fatt ikollhom it-tfal.
Mhux il-koppji kollha jixtiequ jkollhom it-tfal imbagħad hemm min jaħseb li għandu d-dritt li jkollu t-tfal. Kull persuna għandha dritt issib il-milja tagħha f’dak li jagħmilha kuntent u li din il-kuntentizza ma tikkaġuna l-ebda ħsara lil persuni oħra.
Hemm ukoll id-dritt għall-ħajja u d-dritt għal-libertà. Għandha titneħħa kul perssjoni, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat biex ikun hemm iktar servizzi għall-persuni li jkunu jeħtieġu. L-embrijun jinsab fiċ-ċentru tal-Awtorità u miegħu hemm ukoll il-pazjenti li huma l-koppji li qed jippjanaw li jsiru ġenituri.
Id-deputat Nazzjonalista appellat lejn iktar sensittività lejn min jagħżel li ma jkollux tfal, lejn min għadu qed jistenna li jkollu t-tfal u lejn il-ġnituri li jagħżlu l-IVF biex ikollhom it-tfal anki fit-tieni wild tagħhom.
//= $special ?>