Lokali Qorti

“Bad management” fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – il-Maġistrat Joe Mifsud

Il-kumpilazzjoni dwar il-qtill doppju f’Ħal Għaxaq

Meta kompliet il-kumpilazzjoni dwar il-qtil doppju fejn Joseph Bonnici ta’ 39 sena qed jiġi mixli bil-qtil doppju ta’ ommu u oħtu f’Marzu li għadda xehedu diversi esperti tal-Qorti. Kien hemm esperti oħra li kellhom jixhdu imma dawn ma kienux preżenti.

Il-Maġistrat Joe Mifsud sadanittant ikkritika lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għad-dewmien tal-atti u li dawn waslu fl-istess ġurnata li kellha tkompli l-kumpilazzjoni. Qal li dan mhuwa xejn għajr każ tipiku ta’ “Bad Management”.

Joseph Bonnici li qed jiġi mixli bil-qtil ta’ ommu u oħtu fejn allegatament wara li sparalhom xi tiri mar biex jaħbi l-iġsma tagħhom billi difinhom fil-ħamrija.

Skont il-Prosekuzzjoni, Joseph Bonnici mhux biss qal kif kien wettaq id-delitt iżda wkoll li dan kien ilu qed jippjanah, u mhux biss, iżda wkoll dwar il-mod kif l-akkużat qallu li nasab lil ommu u lil oħtu biex joqtolhom.

Ħafna mix-xhieda meta kompliet il-kumpilazzjoni ippreżentaw oġġetti u tawhom lill-Qorti wara testijiet u analiżi li saret fuqhom. Sadanittat il-Maġistrat Joe Mifsud informa lill-Qorti li kien qed jipposponi l-aċċess li kien skedat għat-Tnejn wara nofs in-nhar, imma issa mhux se jsir minħabba li l-istess Qorti ġiet infurmata mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, li diġa inġibed viedo, tal-post waqt żjara li xi ħadd diġa għamel.

Għadaqstant biex ma jsirx xogħol doppju tal-allegat omiċidju fil-qtil tal-omm u bintha. Il-Maġistrat Mifsud qal li ma xtaqx jara duplikazzjoni tax-xogħol.  Qal li dan il-posponiment se jsir f’ġurnata oħra.

Ħareġ ukoll li nhar l-Erbgħa, se jitkomplew jinstemgħu x-xhieda, li fil-maġġoranza tagħhom huma esperti, disa’ b’kollox. Irriżulta wkoll li l-għarusa tal-akkużat ippreżentat rikors biex iċ-ċwievet tar-residenza fejn sar id-delitt jiġu rilaxxati u dan biex hi tkun tista’ tiġbor ħwejjiġha.

L-Avukat Marisa Cassar ippreżentat analażi tar-rapport li għamel fejn qalet li kienet qed tesebixxa fost affarijiet oħra mazza, li ntużat fid-delitt. Hija qalet ukoll li għamlet analiżi għall-komparazzjoni dwar il-profile ġeneriku tal-vittma.

Xehed ukoll it-tabib Michael Spiteri li kien maħtur bħala espert mill-Qorti. Espert ieħor kien Martin Bajada fejn dan għamel analiżi dettaljati fuq IT u CCTV cameras fl-inħawi ta’ fejn sar id-delitt. Qal li ħa xi xogħol mis-CCTV cameras ta’ diversi kumpaniji u minn toroq fi Triq il-Barrani u Triq Sette Gugno. Qal li dawn ħadhom biex jaraw xi vetturi li għaddew minn fuq il-post u xi ħaġa oħra li tqabbad jagħmel kien jara filmati tal-akkużat meta kien mar jistaqsi għal oħtu fil-post fejn taħdem.

Il-Perit Mario Cassar ukoll ippreżenta xi dokumenti fil-Qorti u qal ukoll li ħa pjanti tal-post fejn allegatament seħħ id-delitt. Fl-aħħar tas-seduta fejn il-Maġistrat Mifsud were d-diżillużjoni tiegħu dwar il-fatt li l-Qrati jimxu bil-mod u hu jrid u jixtieq ibiddel din il-kultura, qal lill-Prosekuzzjoni li jixtieq jisma’ lid-disa’ esperti oħra fil-każ, li kellhom jixhdu t-Tnejn, imma jew ma kienux infurmati, jew ma tfaċċawx.

Il-familja Bonnici kienu joqgħodu f’ artijiet differenti li iżda kollha jmissu ma’ xulxin. Hemm bieb li jinfed imma jinfetaħ biss minn fejn kienet toqgħod ommu u oħtu.

Bonnici kien informal ill-Pulizija u ammetta x’kien għamel. Id-data kienet 26 ta’ Marzu fejn kien jaf li t-tfajla tiegħu kienet se ddum ma tidħol id-dar, u l-għada kien previst li se tkun ix-xita u għalhekk kien jippreferi dan ix-xenajru, biex tgħinu jeħles mid-demm u l-evidenza. Ħareġ li d-delitt kien ilu ppreparat ġimgħat, u ħaffer ħofra minn qabel biex jidifinhom fiha.

Ħareġ ukoll li Bonnici kellu rabja kbira u fit-tul lejn ommu u oħtu, li wasslitu biex qatilhom.  L-arma qal li kien ħadimha hu stess u żammha d-dar. Pjan ieħor li wettaq kien li dakinhar, tajjar is-salvavita biex jaqta’ d-dawl.ħamel hekk niżlu ommu u oħtu u qalilhom li hemm il-ħsara. Fil-parti fejn jinżammu l-annimali fil-ġardina huwa kien ipprepara xkejjer biex jeħles mill-provi kollha u fuqu kellu l-arma.

Hawn lil ommu qalilha biex tistenna fejn il-meter u lil oħtu qalilha tmur miegħu biex juriha fejn hemm il-ħsara. Oħtu mxiet quddiem bil-mobile u hu warajha, u kien hawn li sparalha żewġ tiri minn naħa ta’ wara f’rasha.

Qal li kellu mazza preparata wkoll u kif kienet mal-art ta’ daqqa ta’ mazza f’rasha għax semgħaha tħarħar u ried ikun ċert li wettaq li ppjana, jiġifieri li joqtolha. Wara għattiha bl-ixkejjer. Wara mar ħdejn ommu u ħadha fl-istess post fejn il-ġardina. Ma tagħhix ċans tara l-kadavru avolja kien mgħotti, u ta tir f’rasha u wkoll taha daqqa ta’ mazza, xenarju identiku.

Wara kompla bil-pjan tiegħu fejn poġġa basket tal-plastik ma’ rashom u rabathom b’tie clip biex ma joħroġx id-demm. Għabba kollox fil-bagoll u mar d-dar taparsi rieqed, għax it-tfajla kienet sejra lura d-dar.

Sadanittant qabel tressaq il-Qorti fil-31 ta’ Marzu, Bonnici ħa lill-Pulizija fiċ-ċentru tal-iskart goff tal-Wasteserv f’Ħal Far, fejn kien rema l-mazza. L-iskip li ndikalhom kien kbir u saret tfittxija. Instabet mazza li fuqha kien hemm ħjiel ta’ ħruq. Il-mazza tiżen 6.2 kilogrammi.

L-Ispettur Keith Arnaud kien qal fil-Qorti li Joseph qalilhom “ħerba għamilt, ħerba hemm”. Intant l-Ispettur qal li meta mistqosi għala qatilhom, Joseph qal li fl-2009 l-ex tfajla tiegħu kienet għamlet suwiċdju fir-residenza tiegħu u kienet ħallitlu nota li ommu tista’ tistrieħ għax ma kinetx taħmlu f’relazzjoni magħha. Għall-akkużat qegħdin jidhru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.