Parlament

L-embrijun mhux biss materja bijoloġika

  • Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-ħajja tibda mal-konċepiment u li l-embrijun mhux biss materja bijoloġika.

Fil-parlament Ivan Bartolo qal li l-iskop tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Emrbijun hu li ma jkunx hemm abbużi u sostna li kollox jindika li l-bniedem qed ikollu iktar setgħa fuq il-ħajja umana. Hu tkellem dwar l-importanza tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem mit-tnissil sal-mewt.

Malta għandha tingħaraf minn pajjiżi differenti billi jkun diakjarat li Malta hi favur il-ħajja mit-tnissil sal-mewt. Id-dinjità ta’ kull bniedem għandha tkun prijorità.

Hu qal li s-sitwazzjoni f’dan ir-rigward għandha tkun fl-ordni u sostna li t-tnissil tal-ulied għandu jkun ibażat fuq l-imħabba. L-embrijun mhux biċċa materja bijoloġika, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li mhux kull xewqa għal tarbija hi ġustiifkata għaliex din tista’ tkun mibnija fuq egojiżmu.

Il-Maltin għandhom ikunu kburin li fejn tidħol il-ħajja, il-Maltin kapaċi jiddefenduha speċjalment fl-istadji tal-ħajja meta l-persuna ma tistax tiddefendi lilha innifisha. Għandu jkun assigurat li tingħata l-aqwa protezzjoni lit-tarbija fil-ġuf, sostna Ivan Bartolo.