- Therese Comodini Cachia
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia appellat biex il-mużewijiet nazzjonali jkunu esperjenzi kulturali fihom innfushom biex b’hekk dawn jattriaw lejhom mhux biss iktar turisti iżda iktar familji Maltin.
Fil-parlament Therese Comodini Cachia qalet li l-mużewijiet għandhom ikunu attrazzjoni wkoll għall-Maltin biex il-poplu japprezza l-passat. Hi rringrazzjat lill-kuraturi tal-mużewijiet li huma professjonisti fis-settur tagħhom u li bir-riċerka jmexxu ‘l quddiem il-mużewijiet b’esebizzjonijiet ħajjin u fejn il-persuni jmorru fil-mużewijiet biex jirrikonoxxi dak li jagħmilna Maltin.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li għandha titneħħa ħafna mill-burokrazija biex dawn iħaddmu l-mużewijiet.Hi tkellmet dwar it-teatri privati u l-professjonisti u l-kapaċitajiet tagħom fis-soċjetà billi joħolqu rappreżentazzjonijiet teatrali li jwasslu lin-nies biex jaħsbu.
Therese Comodini Cachia esprmeit l-apprezament tagħha għall-attivitajiet ta’ Heritage Malta biex familji Maltin jkollhom esperjenzi fil-mużewijiet fosthom f’Għar Dalam. Dan hu investiment pożittiv ħafa li għandu jkun investiment fil-kultura. Il-gvern għandu jsib il-mezzi kif wettaq il-proġett ta’ Għar Dalam u li l-fdalijiet li għadhom mhux skoperti fil-wied ikunu skoperti biex jitkabbar l-għarfien storiku u kulturali.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li hawn postijiet li jew m’humiex aċċessibbli għall-pubbliku jew partijiet minnhom m’humiex aċċessibbli. Hi pproponiet li intuża t-teknoloġija diġitali u r-realtà virtwali biex tinħoloq esperjenza interattiva f’diversi postijiet fosthom katakombi. Hi staqsiet x’inhu l-prorgamm ta’ attivitajiet għall-MUZA għal din is-sena għaliex dan kellu jkun mużew differenti b’diskussjoni fejn il-Beltin tgħix kemm se jgawdu iżda minn dawn għadu ma sar xejn.
Id-deputat Nazzjonalista tkellemt dwar it-tfal li jkunu akkumpanjati mis-support workers meta jżuru l-mużewijiet u qalet li dawn is-support workers għandhom jiddaħħlu b’xejn mat-tfal hekk kif tneħħiet il-miżata tad-dħul tal-ġenituri.
Dwar is-sovrantendenza hi qalet li jrid ikun assigurat li din qed itkabbar iżda jrid ikun assigurat li din tkun sostenibbli mhux mill-aspett finanzjarju biss iżda fir-rwol u r-responsabbiltajiet li din ingħatat. Hi appellat biex isir l-investiment meħtieġ u bmod immedjat.
//= $special ?>