Id-deputat Laburista Rosianne Cutajar dalgħodu tilfet opportunità li tirratifika u tibdel id-dikjarazzjoni kontroversjali li għamlet fuq facebook fl-2018 meta ddikjarat li l-’embrijun mhux bniedem’.
Minkejja li dalgħodu kellha għad-diżpożizzjoni tagħha diskors sħiħ fil-parlament fid-dibattitu dwar l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Emrbijun, Rosanne Cutajar ma bidlitx dik id-dikjarazzjoni kontroversjali, u mkien ma qalet li l-embrijun hu uman.
Fil-parlament Rosianne Cutajar tkellmet wara l-intervent tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech li fih enfażizza li għall-PN dan huwa ċar. U dikjarat li l-ħajja tibda mal-konċepiment u li għalhekk l-embrijun għandu jkun protett sa mill-konċepiment.
Minflok espremiet opinjoni favur il-protezzjoni tal-embrijun u li dan hu uman, id-deputat Laburista għażlet li tattakka lill-PN u lill-Kap tiegħu Adrian Delia. Rosianne Cutajar ma tkellmitx dwar id-drittijiet tal-embrijun u tkellmet dwar l-IVF u d-drittijiet li l-persuni għandhom.
//= $special ?>