Ta’ 16-il sena… huwa l-iżgħar kandidat elett f’isem il-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru fil-25 ta’ Mejju li għadda. Dan huwa Abraham Aquillina mill-Għargħur.. li ġab l-iktar ammont ta’ voti f’din il-lokalità.
Però minħabba li l-liġi Maltija tgħid li biex persuna tkun eletta sindku jrid ikollha 18-il sena, Abraham ma jistax ikun maħtur sindku tal-Għargħur. Għalhekk huwa se jservi bħala kunsillier ta’ din il-lokalità.
Abraham esprima magħna l-ferħ u s-sodisfazzjoni li ħass hekk kif kien elett kunsillier fil-lokalità tal-Għargħur. Huwa appella u ħeġġeġ lil żgħażagħ oħra biex jagħmlu bħalu u jinvolvu ruħhom fil-politika sabiex lkoll flimkien naħdmu b’risq pajjiżna. CAbraham wiegħed li se jkun qed jaħdem qatigħ b’risq ir-residenti kollha tal-Għargħur.
//= $special ?>