Daniża li ilha għall-aħħar sitt ijiem ma tismax b’aħbar missierha, li jgħix f’pajjiżna, qed tagħmel appell biex dan jinstab.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, din it-tfajla esprimiet it-tħassib tagħha hekk kif missierha ma kienx qed iħossu tajjeb minħabba kundizzjoni f’qalbu.
Mill-ftit informazzjoni li ngħatat, jirriżulta li r-raġel jgħix fi Triq Tril, fil-Qawra.