Pajjiżna għandu għaqda ambjentali ġdida bl-isem ta’ ‘Futur Ambjent Wieħed’ li għandha l-għan li titkellem fuq kwistjonijiet ambjentali lokali.
Imwaqqfa minn Claire Bonello, persuna li ilha snin titkellem dwar l-ambjent f’Malta, din l-NGO għandha l-għan li toffri għajnuna professjonali, legali u teknika, lil għaqdiet ambjentali oħra kif ukoll lil individwi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent u l-ippjanar.
F’kummenti lill-Malta Independent, Bonello rrimarkat li llum il-ġurnata min jixtieq joġġezzjona għal xi żvilupp qed ikun affaċċjat minn rapporti tekniċi ħafna u dokumenti voluminużi.
Bonello tkellmet ukoll dwar l-Awtorità tal-Ippjanar, li kkritikatha għaliex “għandha wisq poter” għall-kuntrarju tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.
Tiddikjara li d-drittijiet tal-persuni li għandhom l-ambjent għal qalbhom mhux qed ikunu protetti tant li fost oħrajn il-kwalità tal-arja f’pajjiżna saret kwistjoni ewlenijali qed tħalli impatt fuq il-poplu Malti u Għawdxi.
Dan apparti l-urbanizzazzjoni ta’ Malta kif ukoll it-tnaqqis drastiku f’żoni ambjentali li għad fadallu pajjiżna.
//= $special ?>
