Parlament

Il-gvern bla pjan fl-edukazzjoni…kull darba jinqalgħu problemi f’diversi setturi

  • Clyde Pulì, PN

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Pulì qal li d-direttiva tal-MUT biex l-għalliema tal-Malti u tal-matematika ma jagħtux il-marki tal-assessjar jew eżamijiet turi li l-gvern jinsab bla pjan fl-edukazzjoni tant li kull darba qed jinqalgħu problemi f’diversi setturi.

Din id-dikjarazzjoni Clyde Pulì għamilha meta kien qed jikkummenta fil-parlament wara stqarrija ministerjali tal-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo dwar id-direttiva tal-MUT biex l-għalliema tal-Malti u tal-matematika ma jagħtux il-marki tal-assessjar jew eżamijiet.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li qabel il-ftehim tal-2017 l-għalliema kien ikollhom 26 lezzjoni fil-ġimgħa iżda dan niżel għal 25 bil-ftehim. Hu kompla li ma kien hemm l-ebda ambigwità fid-diskussjonijiet u kien hawm numru ta’ għalliema tal-matematika u tal-Malti li ma kellhomx impjieg għax ma kienx hawn lezzjonijiet biżżejjed.

Fil-Malti u l-matekmika issa l-gvern ingaġġa lill-għalliema kollha u hemm sejħa biex kull min għandu l-kwalifiki jkun ingaġġat. Is-sena li għaddiet kien hawn 12,670 għalliem fl-iskejjel medji u sekondarji u issa hemm 11,108 stduent u hemm iktar lezzjonijiet minħabba li hemm klassijiet iżgħar. Kienu ingaġġati iktar għalliema għas-sena skolastika li jmiss waqt li s-17-il proposta tal-MUT kienu appoġġjati kollha mill-Gvern.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni tkellem dwar in-numru ta’ lezzjonijiet li jkollhom l-għalliema u saħaq fuq l-importanza ta’ bilanċ u ekwità bejn l-għalliema tal-Malti u tal-matematika. Il-Gvern lest jikkunsidra kull tip ta’ proposta biex jinstabu iktar persuni biex jaħdmu f’dawn is-setturi. Għahekk hu appella biex id-direttiva tal-MUT tkun sospiża u qal li se jistieden lill-MUT biex ikun hemm qbil dwar dan. L-MUT aċċettat lis sir din il-laqgħa. Hu appella biex id-direttiva terġa’ tkun ikkunsidrata.

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Pulì tkellem favur soluzzjoni bla dewmien li ma tolqotx ħażin lill-istudenti iżda staqsa kif is-sitwazzjoni li waslet s’hawn għaliex jidher li din is-sitwazzjoni fl-edukazzjoni qed issir sintomatika.

Din qed tidher anki fil-bini tal-iskejjel ġodda fejn qed jinkrew il-containers flok jinbnew l-iskejjel, l-iskema tal-frott frisk lit-tfal, l-iskema ta’ trasport fejn kien hemm 900 tifel li baqgħu bla trasport fil-bidu u issa baqa’ ftit għexieren, il-pagi tal-MCAST u l-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskejjel.

Fl-edukazzjoni l-għalliema jibqgħu ċ-ċentru ta’ kollox u jidher ċar li l-gvern kellu nuqqas ta’ pjan fejn jidħlu għalleima ġodda. Il-Ministru tat-Trasport jaqa’ u jqum mit-tfal tal-Maltin. Clyde Pulì staqsa kif is-sitwazzjoni waslet għal 25 lezzjoni meta l-avviż tal-MUT ingħata f’Settembru. L-MUT għamlet iktar mill-parti tagħha u ilha minn Settembru tindika li se jkun hemm problema iżda l-gvern ħalla s-sitwazzzjoni tasal s’hawn.

Hu semma’ l-problemi fil-Malti u l-matematika u qal li jidher li mhux qed inkunu kompetittivi fejn is-sena li għaddiet kienet sena rekord li fiha telqu l-għalliema. Kien hemm ukoll numru ta’ għalliema tal-Malti li ma kienux impejgati mill-ewwel fis-sajf. Għaliex ma kienx impegati mill-ewwel? staqsa Clyde Pulì, li appella għal soluzzjoni ta’ malajr u qal li l-MUT għadha raġun tilmenta.

Il-Minisrtu tal-Edukazzjoni wieġeb li l-gvern tejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema u qal li saru diversi laqgħat mal-MUT tant li 10 mis-17-il proposta tal-MUT diġà kienu implimentati filwaqt li l-oħrajn jinsabu fil-proċess. Il-gvern qed jappella lill-MUT biex jidentifikaw għalliema tal-Malti u tal-matematika biex ikunu ngaġġati.