Edukazzjoni Lokali

Il-Gvern ifarfar ir-responsabbiltà fuq l-MUT

Wara li issa ġenituri u studenti ilhom il-ġimgħat jistennew biex jaraw ikunx hemm żviluppi dwar l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena fil-Malti u l-Matematika fl-iskejjel sekondarji, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evartist Bartolo u s-Segretarju Permanenti Frank Fabri minflok sabu soluzzjoni, tefgħu il-pressjoni kollha fuq l-MUT u farfru kollox minn fuqhom.

Dan filwaqt li fl-istess nifs li ammettew li l-għalliema tal-Malti u l-Matematika issa ilhom iktar minn sena iġorru aktar piż milli suppost.

Eluf ta’ studenti se jkunu mċaħħda mill-eżamijiet f’dawn iż-żewġ suġġetti riżultat tal-inkompetenza tal-Ministru u s-Segretarju Permanenti li jsolvi problem li ilha tkarkar ix-xhur, filwaqt li l-MUT qed tkompli tisħaq dwar il-ħtieġa li l-għalliema jkunu trattati b’mod diċenti billi jitnaqqsilhom il-load ta’ xogħol eċċezzjonali li qed ikunu mistennija li jagħmlu.

Waqt konferenza tal-aħbarijijet li taw dalgħodu, Evarist Bartolo u Franki Fabri ma stħawx jitfgħu kollox fuq l-MUT meta huma jafu li hemm problema serja fi ħadn id-dipartiment tal-Edukazzjoni f’dik li hi nuqqas ta’ riżorsi umani, tant li ammettew huma stess fl-istess konferenza. li hemm applikazzjonijiet miftuħa permanentement għal għalliema ġodda. I’da minkejja dan, il-problema baqgħet tippersisti u l-Ministru u s-Segretarju Permanenti baqgħua ma solvew xejn.

Intant, l-istudenti tas-sekondarja tal-istat tat-3 u r-4 sena se jibqgħu mingħajr eżamijiet.