Xogħol li sar mingħajr ma kien ippjanat ħalla inkonvejent kbir għar-residenti fi Triq Brolli, f’Birżebbuġa, fosthom lill-anzjani li jgħixu hemm.
Dan hekk kif Uffiċjali ta’ Infrastructure Malta bdew xogħol fuq bankina minkejja li kienet għadha fi stat tajjeb. Dan minflok parti oħra fl-istess triq li verament kellha bżonn xogħol infrastrutturali.
Fil-fatt, nuqqas ta’ komunikazzjoni mar-residenti wasslet għall-inkonvenjent li dawn ma setgħux imqar joħorġu l-karozza mit-triq jew tidħol Ambulanza f’każ ta’ emerġenza.
Persuni li tkellmu ma’ NET News spjegaw li r-residenti ma kellhomx għalfejn ikunu notifikati minħabba li x-xogħol ma kellux isir f’dik iż-żona partikolari.
Min-naħa l-oħra, innutaw kif bħalma ġara f’lokalitajiet oħra, ix-xogħol inbeda ta’ malajr anke hawn minħabba li kienu qed joqorbu l-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju.
//= $special ?>
