Xufier ta’ taxi jista’ jgħoddha b’waħda wara li nqeleb bil-vettura tax-xogħol.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12.30pm, fit-Triq Reġjonali, ftit ‘il barra mill-mini fid-direzzjoni tan-nofsinhar ta’ Malta, meta seħħ impatt bejn il-karozza misjuqa mill-vittma u vettura oħra.
Fuq il-post ġiet msejħa ambulanza li ħadet lix-xufier l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn fortunatament ġie ċċertifikat li ġarrab biss ġrieħi ħfief.
Filmat ippublikat onlajn wera kif seħħ l-impatt bejn iż-żewġ karozzi.
//= $special ?>