Lokali

“L-għaqda hi l-unika triq ‘il quddiem” – Adrian Delia

Jitkellem ma' Herman Grech waqt TimesTalk

L-elettorat tkellem u qal li l-Partit Nazzjonalista għadu mhux lest biex jiggverna.

Adrian Delia qal dan waqt intervista ma’ Herman Grech fuq TimesTalk. Intervista li matulha l-Kap tal-Partit Nazzjonalista gie mistoqsi dwar il-t-tibdil fi ħdan il-partit.

Adrian Delia tkellem dwar il-ħtieġa li l-Partit ikun magħqud biex iseħħu l-bidliet li hemm bżonn li jistgħu iwasslu biex l-elettorat jerġa jibda’ jemmen li l-Partit Nazzjonalista jista’ jiggverna l-pajjiż.

Hu stqarr li għalkemm il-bidla bdiet, din ma kienitx biżżejed, iżda qal ukoll li l-mandat li ingħata mit-tesserati kien biex jaqla’ lill-Partit minn dak li kien qed jankrah fil-passat u jippreparah għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

L-Editur tat-Times Online staqsa lil Adrian Delia kif iħossu meta jara li mhux dawk kollha fil-Partit qed jiġbdu l-istess ħabel,k b’Delia jgħid li din hija xi ħaġa li tiffrustrah iżda li hu determinat li jibqa’ jaħdem bl-għan li jgħaqqad.

Adrian Delia tenna li l-bibien tiegħu huma dejjem miftuħin u lest jiddiskuti u jisma’ lil kull min jixtieq jaħdem għall-ġid tal-Partit. Hu qal li ħafna huma dawk li qed jaħdmu miegħu u li se jibqa’ jaħdem għall-għaqda, li hi l-unika triq il-quddiem għall-Partit.