Ambjent Lokali

Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ambjent… b’aktar tniġġis

Kull sena l-Ġnus Magħquda tagħżel tema differenti fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Ambjent li jiġi mfakkar fil-5 ta’ Ġunju. Din is-sena, it-tema hi “BeatAirPollution” jew “Nirbħu t-Tniġġiż tal-Arja”.

Iżda pajjiżna verament ma tantx għandu x’jiċċelebra f’din l-okkażżjoni. Dan għaliex statistika li ħarġet din l-istituzzjoni marbuta mal-kwalità tal-arja f’pajjiżna għal darboħra tagħti stampa xejn sabiħa tas-sitwazzjoni.

Infatti, skont data tal-Greenhouse Gas Inventory, l-emissjonijiet netti ta’ greenhouse gases jew CO2 f’pajjiżna fl-2017 kienu jammontaw għal 2,155 kilotunnellati. Żieda ta’ 14% fuq is-sena ta’ qabel.

Kien is-settur tal-enerġija li kkontribbwixxa l-aktar għal dawn l-emissjonijiet, bit-trasport ikun it-tieni l-aktar settur li effettwa l-kwalità tal-arja.

Ġie nnutat ukoll li fl-aħħar għaxar snin kien irreġistrat tnaqqis sostanzjanli fl-emjissjonijiet mill-enerġina grazzi għall-użu tal-interconnector fl-2015. Tant li t-tnaqqis f’sena waħda biss, jiġifieri bejn l-2014 u l-2015 meta beda jintuża l-interconnector, kien bin-nofs.

Sadanittant, l-emissjonijiet mit-traffiku qegħdin kull ma jmur jiżdiedu b’mod drastiku u minn 481.000 tunnellati fl-2007 tela’ għal 636,000 tunnellati fl-2017.