Huma 60 il-mejta fi protesti favur id-demokrazija fil-kapitali tas-Sudan, Khartoum. Dan stqarru grupp tal-Oppożizzjoni.
Skont rapporti, membri ta’ grupp paramilitari qed iduru fit-toroq u jattakkaw liċ-ċivili.
Il-vjolenza bdiet meta forzi tat-Transitional Military Council fetħu n-nar fuq dimostranti paċifiċi nhar it-Tnejn li għadda.
Il-Militar ta’ dan il-pajjiż irċieva kundanni internazzjonali dwar dan l-attakk.
Tentttiv mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkundanna din il-vjolenza ġie mblukkat miċ-Ċina nhar it-Tlieta, bir-Russja wkoll topponi.
//= $special ?>