Alex Borg se jikkompeti mal-aqwa plejers tad-dinja permezz ta’ wild card, wara li kkwalifika mit-tielet tournament tal-Q-School li sar f’Wigan fl-Ingilterra. Wara li għadda l-ewwel tliet rawnds, Borg lagħab kontra Patrick Whelan mal-aħħar 32 u rebaħ 4-2 biex mal-aħħar 16 għeleb l-isfida ta’ Alan Taylor 4-3. Fl-aħħar logħba, Borg rebaħ 4-3 kontra Billy Joe Castle u kiseb il-wild card neċessarja biex jikkompeti fil-Main Tour.
Intant, iċ-champion nazzjonali Malti Duncan Bezzina wasal mal-aħħar tmienja tal-Kampjonat Ewropew li qed isir f’Belgrad. Hu kien eliminat 4-2 minn Shachar Lubeg tal-Iżrael. F’dan l-istess kampjonat, qed jikkompetu wkoll erba’ plejers Maltin fil-kategorija tat-timijiet.
Fil-kategorija tal-Masters, Arthur Cachia u Ivan Attard għelbu lil Serbja 4 5-0 u kisbu rebħu ta’ 3-2 kontra Irlanda 2. Fil-kategorija tal-irġiel, Duncan Bezzina u Tony Drago rebħu 5-0 kontra Serbia 5 u 4-1 kontra tim mill-Ġermanja.
//= $special ?>