Futbol Sport

Buffon jiddeċiedi li jħalli lil PSG iżda jindika li mhux se jirtira

Gianluigi Buffon se jkun qed iħalli lil Paris Saint-Germain fi tmiem l-istaġun wara li kien proprju l-klabb Franċiż li għamel l-aħjar uffiċjali. Kien Buffon stess li ħa d-deċiżjoni li ma jiffirmax kuntratt ġdid, sena wara li kien ingħaqad ma’ PSG.

Buffon li għandu 41 sena, jidher li ma għandux ħsieb li jirtira hekk kif stqarr li hu lest għal esperjenzi u sfidi professjonali ġodda. Hu kellu kliem ta’ tifħir għal PSG u l-belt ta’ Pariġi. Buffon żied li sena ilu ngħaqad mal-klabb b’ħafna entużjażmu u kellu ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-partitarji. Il-gowlkiper Taljan ikkonferma li kien hu li rrifjuta estensjoni tal-kuntratt.

Ftit ġimgħat ilu, il-kowċ ta’ PSG Thomas Tuchel kien ċar fi kliemu fejn eskluda li jkun hemm bdil regolari ta’ gowlkipers kif seħħ dan l-istaġun bejn Buffon u Alphonse Areola. Fl-unika staġun tiegħu fil-Ligue 1, Buffon sofra 18-il gowl fi 17-il logħba.