Futbol Sport

Draw f’partita ta’ ħbiberija għaż-żgħażagħ Maltin

(Ritratt: Matthew Tabone)

MALTA………….. 0 BOŻNIJA……….. 0

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena spiċċa fi draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Bożnija, f’logħba li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali. Din kienet logħba oħra li serviet ta’ preparazzjoni għall-impenji mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. Malta tibda l-impenji tagħha f’Settembru li ġej kontra l-Irlanda ta’ Fuq u l-Ukrajna.

L-aħħar logħbiet intlagħbu f’Marzu li għadda kontra t-Turkmenistan u l-Kosovo, bil-kowċ Silvio Vella jagħmel żewġ bidliet mill-aħħar konfront. Id-difensur ta’ Pembroke u Jan Busuttil ta’ Pietà Hotspurs bdew flok l-imweġġa’ Marcus Grima u Neil Frendo li daħal aktar tard fil-logħba. Vella ta wkoll id-debutt ma’ dan it-tim lil Ayrton Attard ta’ Birkirkara u Omar Elouni ta’ Sliema.

Iż-żgħażagħ Maltin setgħu fetħu l-iskor wara tmien minuti, b’Zachary Brincat jolqot il-lasta wara li rċieva passaġġ tajjeb. Erba’ minuti wara, xutt fil-baxx ta’ Aidan Friggieri kien imdawwar f’korner. Myles Beerman kellu opportunità fis-27 minuta iżda x-xutt tiegħu kien dgħajjef.

Il-gowlkiper Malti Andreas Vella kien fl-azzjoni fil-bidu tat-tieni taqsima meta salva b’diffikultà xutt minn barra l-kaxxa ta’ Haris Hajdarevic, bix-xutt jaħbat mal-lasta u spiċċa f’idejn l-istess Vella. Iż-żagħżugħ Malti reġa’ kien strumentali meta salva tajjeb xutt ta’ Benjamin Hadzic minn barra l-kaxxa. L-aħjar opportunità tat-tim Malti fit-tieni taqsima waslet minn Zachary Brincat li rċieva mingħand Beerman iżda naqas li jinkwadra l-lasta.

Malta: A. Vella, Z. Grech, C. Zammit, K. Shaw, N. Pulis, J. Borg, A. Friggieri (A. Attard 68’), M. Sansone, Z. Brincat (O. Elouni 89’), J. Busuttil (N. Frendo 68’), M. Beerman

Bożnija: K. Topolovic (A. Kanuric 58’), H. Sabanovic, J. Celikovic, V. Vrhovac (R. Sadiku 58’), A. Beganovic, H. Hajdarevic (V. Danilovic 68’), M. Brkic (M. Stanic 58’), P. Bojo (J. Motika 68’), Z. Mustedanagic, B. Hadzic (N. Nikolic 80’), N. Mulahusejnovic (S. Juric 68’)

Referee: Nathan Verboomen (Belġju)