Futbol Sport

Il-futsal lokali u Ħaż-Żabbar jitilfu lil Stuart Diacono

Aħbar li ħasdet lid-dilettanti tal-futsal lokali u r-raħal ta’ Ħaż-Żabbar hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Stuart Diacono fl-età ta’ 35 sena. Diacono kien sinonimu mal-futsal lokali hekk kif kien maħbub minn ħafna.

Hu ddedika ħafna minn ħajtu fl-amministrazzjoni tal-isport u fl-aħħar snin kien fil-klabbs tal-futsal ta’ Żabbar St. Patrick, Lija Futsal, Valletta Futsal kif ukoll it-tim tal-Università ta’ Malta.

Fl-aħħar jiem Diacono kien jinsab l-isptar. Malli ġriet l-aħbar ta’ mewtu, mijiet kienu dawk li sellmu l-memorja ta’ Stuart Diacono. Net News jagħti l-kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb ta’ Diacono.