Lokali Parlament

Il-gvern ma jimpurtahx mill-ambjent fil-pajjiż

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo kkritika lill-gvern għan-nuqqas ta’ soluzzjonijiet u alternattivi fis-settur tal-ambjent u qal li s-sitwazzjoni preżenti turi li dan il-gvern ma jimpurtahx mill-ambjnet.

F’diskors fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-gvern ftit qed jimportah mis-sitwazzjoni tal-ambjent fil-pajjiż fosthom dwar il-kwalità tal-arja u l-emissjonijiet. Hu enfażizza l-importanza tal-infurzar fl-ambjent.

Dan minħabba li l-infurzar bħalissa hu null. L-Awtorita infurazar biss 242 rapport ta’ rimi fl-2017. Dan hu gvern maħmuġ fl-irresponsabbiltà tiegħu lejn ħajjet in-nies fejn qed imutu d-doppju ta’ nies minħabba l-kwalità tal-arja iktar milli kien previst.

Dan hu gvern irresponsabbli fl-ambjent lejn in-nies. Kulħadd fl-Ewropa qed jieħu deċiżjonijiet drastiċi u iebsa biex ikunu indirizzati l-problemi ambjentali iżda l-gvern Malti hu rresponsabbli u ma jieħux azzjonijiet dwar il-kwalità tal-arja għax jinteressah biss li jirbaħ l-elezzjonijiet.

Hu kkritika lill-gvern fuq diversi fronti ambjentali u semma’ kif gvern Nazzjonalista wettaq poġetti ambjentali validi fosthom l-interconnector.

Edwin Vassallo qal li hemm madwar 600 li qed imutu qabel minħabba arja mniġġsa. Hu semma’ kif ġnien f’Ħal Għaxaq inbidel fi żvilupp, l-istess kif qed isir f’Tal-Pieta u diġà sar fil-Mosta.