Lokali

Il-GWU lesta tħarrax l-azzjonijiet favur l-Uffiċjali tal-Komunità

Theo Vella flinkien ma' Uffiċjali oħra tal-Komunità

L-Ufffiċjali tal-Komunità jew dawk li konna nafuhom bħala Wardens baqgġu jiġu injorati u issa hemm ċans li l-GWU, li tirrappreżentahom, tħarrax l-azzjonijiet li diġà bdew.

Bħalissa dawn l-Uffiċjali qed jirrapurtaw għax-xogħol mingħajr l-uniformi hekk kif mhux qed jintalħaq ftehim mal-Aġenzija LESA dwar il-pakkett finanzjarju u l-kundizzjonijiet tagħhom.

F’post fuq Facebook, rappreżentant ta’ dawn il-ħaddiema qal li minkejja li l-pagi ul-kundizzjonijiiet ta’ dawn l-uffiċjali huma tal-mistħija, huma qed jibqgħu jagħtu servizz lill-pubbliku. Il-post tkompli tgħid li
ladarba l-agenzija LESA ma tapprezzax il-hidma ta’ dawn il-haddiema, huma se jkollhom iħarrxu l-azzjonijiet fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin.