Parlament

Il-Ministru tal-Ġustizzja jaħrab mlli jwieġeb dwar dettalji żvelati mill-inkjesta Egrant minn ministri

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ħarab milli jwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li staqsa kif il-Ministri Chris Cardona, Edward Scicluna u Konrad Mizzi kkwotaw fil-qorti parti mill-inkjesta Egrant; liema parti mhix dik li kienet pubblikata. Dan seħħ meta l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma ppubblikax ir-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici wieġeb li l-inkjesti huma ta’ natura sigrieta, appella għas-sens tajjeb mill-Oppożizzjoni u qal l-qorti ċaħdet lit-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex jingħata kopja tal-inkjesta Egrant. Il-ġudikanti għandhom jitħallew jagħmlu xogħlhom bis-serentità.

Għal iktar mistoqsijiet supplimentari fil-preżenza tal-Ministru Edward Scicluna fil-parlament, Jason Azzopardi insista għal tweġiba kif dawn il-ministri għandha aċċess għall-inkjesta Egrant li ġiet imċaħħda lill-poplu.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li din hi mistoqsija ripetuta u għalhekk ma tistax issir.

Il-Ministru Owen Bonnici semma’ kif avukat jista’ jkollu wkoll il-kappell ta’ politiku kif għandu l-Avukat Ġenerali; li se tispiċċa fil-konfront tal-AĠ. Hu qal li hemm avukati li għandhom aċċes għall-atti u jkunu ukoll deputati li jużaw l-informazzjoni li jkunu akkwistaw minħabba li l-avukati jkunu parti mill-kawża. Il-Ministru tal-Ġustizzja qal li s-saltna tad-dritt trid tkun applikata dejjem u għal kulħadd u għalhekk appella għall-kawtela.