– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li wara li ngħatat sentenza fil-qorti, il-pajjiż se jkun qed jiffaċċja problemi kbar fis-settur tad-djar.
Fil-parlament Jason Azzopardi tkellem dwar il-problemi ta’ mard respiratorju f’ċertu lokalitajiet fejn hemm nuqqas ta’ kwalità tal-arja. Hawn iktar nies illum li qed imutu minħabba problemi ta’ kwalità tal-arja. Hu qal li ma sar xejn fuq il-proposti ta’ trasport bil-massa. Hu kalkolat li mill-Pjazza ta’ Raħal Ġdid jgħaddu madwar 35,000 karozza kuljum.
Jeħtieġ li l-pajjiż ikollu strateġija immedjata u fit-tul dwar il-kwalità tal-arja u t-traffiku le ma jistax jiġi. Jeħtieġ ukoll li t-tibdil fil-klima jingħata prijorità għaliex fost l-oħrajn dan jeffettwa l-ilma tal-pjan. Malta hi l-uniku pajjiż li jħallas somma flus biex ikun permess li l-pajjiż jitħalla jħammeġ l-arja iktar milli intrabat.
Jason Azzopardi semma’ d-djar u qal li l-pajjiż għandu kriżi fis-settur tad-djar u qal li l-efett ta’ sentenza fil-qorti li se jkollha konsegwenzi tal-waħx fuq it-30 sena li ġejjin. Din is-sentenza hi fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995 u kienet inevitabbli. Din is-sentenza se teffettwa gvernijiet futuri fejn l-uniku entità f’Malta li kummentaw fuq l-impatt ta’ din is-sentenza fuq l-ambjent kienet ‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’.
Id-deputat Nazzjonalista qal li din il-qorti kostituzzjonali ddikjarat li kirjiet ta’ qabel l-1995 jiksru d-drittijiet tal-bniedem. Dawn il-kirijiet ġejjin minn żmien il-gwerra u li qed jikkaġunaw tbatijia fuq is-sidien minħabba rati taħt dawk raġonevoli.
L-effett ta’ din id-deċiżjoni tfisser li eluf kbar ta’ kirjiet se jkunu terminati jew ikunu implimentati kirijiet ogħla. Daw il-kirjiet se jkunu dikjarati nulli inkella jkunu stabbli kirjiet ogħla bil-konsegwenza li nies se jitkeċċew mill-postijiet. Id-deċiżjoni populista hi li jkomplu jinbnew iktar postijiet.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Oppożizzjoni qed toffri li jinstabu s-soluzzjonijiet quddiem din l-isfida.
Hu staqsa x’sar minnu l-park nazzjonali taż-Żonqor li baqa’ ma sarx minkejja li kien imwiegħed. Dwar l-Impjant ta’ Sant’ Antnin li nħakem min-nirien kemm-il darba, Jason Azzopardi qal li minkejja l-wegħda li se jinbena mill-ġdid dan fil-fatt baqa’ ma sarx. Il-gvern ma żammx il-wegħda tiegħu u sar falliment.
Fl-2012, il-gvern Nazzjonalista kien aħbbar l-introduzzjoni ta’ eko-kontribuzzjoni għall-użu tal-plastic bags. Kienet saret kritika u l-gvern Laburista żarma din is-sistema fejn ippermetta l-użu tal-plastic bags u s-sistema kienet żmatellata. Fuq perjodu fit-tul din l-iskema kellha tkun ri-introdotta kważi kif kienet. Il-Gvern Nazzjonalista kellu raġun u issa intilfu sitt snin.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li ċertu kunsilli lokali jkollhom bżonn jippreżentaw appellaw quddiem it-tribunal tal-appell kontra proġetti fil-konfini tagħhom. Diversi kunsilli ma jifilħux iħallsu l-ispejjeż. Il-PN ippropona twaqqif ta’ fond biex ikun jistgħu jsiru ċertu appelli. Hu semma’ Villa Frer f’Tal-Pietà fejn erba’ xhur ilu intqal li l-Prim Ministru se jgħin fir-restawr ta’ din il-villa iżda żviluppatur kien kiteb lill-awtoritajiet biex jixtri art pubblika fiż-żona.
Il-Prim Ministru issa qed iwieġeb żviluppatur biex il-ġnien ta’ Villa Frer ikun żviluppat. Dan hu skandlu! Jason Azzopardi ppropona li juża’ l-liġi tal-Public Domain fuq il-ġnien ta’ Villa Frer biex jirbaħ il-ġid komuni. L-istess bħal Wied Għomor fejn il-propjetà għndha tkun esproprijata.
//= $special ?>