Futbol Sport

Il-UEFA tħalli f’idejn il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport biex jiddeċiedu dwar Milan

(Getty Images)

Il-UEFA se tkun qed tistenna l-parir tal-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport dwar il-possibbiltà ta’ sanzjoni li tista’ tfisser esklużjoni għal Milan mill-Europa League fl-istaġun li ġej minħabba li naqsu li jkollhom bilanċ finanzjarju tajjeb fis-snin 2016, 2017 u 2018.

L-ogħla assoċjazzjoni Ewropea ddeċidiet li tissospendi d-deċiżjoni tagħha, wara li Milan kienu appellaw kontra din is-sanzjoni li tara l-klabb Taljan ikollu bilanċ finanzjarju sal-2021. Il-penalitajiet possibbli huma l-esklużjoni mill-kompetizzjonijiet Ewropej, multa ta’ €12-il miljun u limitazzjoni fl-iskwadra tagħhom fl-Ewropa għal 21 plejer.

Jekk il-CAS tagħti raġun lil Milan u għalhekk tmur kontra d-deċiżjoni inizjali tal-UEFA, ikollha tittieħed deċiżjoni mill-Kamra dwar il-Kontroll Finanzjarju tal-UEFA dwar it-tliet snin bejn l-2015 u l-2017 u t-tliet snin attwali bejn l-2016 u l-2018. Minħabba ż-żmien ristrett, f’każ li d-deċiżjoni ddum biex tittieħed, Milan ikunu fl-Europa League l-istaġun li jmiss.