Gianni Infantino reġa’ kien elett għat-tieni terminu tiegħu bħala President tal-FIFA wara li ma kienx kontestat fil-Kungress Annwali tal-FIFA li sar f’Pariġi. Infantino kien elett f’din il-kariga fl-2016 flok Sepp Blatter u b’din il-konferma jibda terminu ġdid ta’ erba’ snin.
Infantino li għandu 49 sena, kien strumentali biex fit-Tazza tad-Dinja tal-2026 il-kompetizzjoni se jkollha ż-żieda minn 32 għal 48 nazzjon filwaqt li ppropona wkoll bidliet kbar fit-Tazza tad-Dinja tal-klabbs.
F’Marzu, il-FIFA approvat il-pjanijiet ta’ Infantino għal Tazza tad-Dinja tal-klabbs b’24 tim li tibda mill-2021, minkejja li l-aqwa klabbs Ewropej qalu li mhux se jieħdu sehem. Infantino ġab ukoll ftit stabbiltà fil-FIFA wara l-iskandlu ta’ korruzzjoni li fih kien involut l-eks President Sepp Blatter.
//= $special ?>