Sport Sport Ieħor

Qormi b’mira li jiksbu promozzjoni għall-EuroHockey Challenge III

Bejn għada u l-Ħadd, madwar 175 delegat u tmien timijiet se jkunu qed jikkompetu fil-EuroHockey Club Challenge. Dawn il-logħob se jsiru fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin, bl-organizzazzjoni tinsab f’idejn iċ-champions lokali Qormi bl-għajnuna tal-Hockey Association Malta. Din se tkun it-tielet darba li Malta se torganizza dan it-tournament wara l-esperjenzi fl-2014 u fl-2016.

Il-President tal-Hockey Association Malta Gordon Mifsud qal li dan hu sinjal ta’ fiduċja mill-Federazzjoni Ewropea tal-Hockey f’Malta. Mifsud żied li l-assoċjazzjoni għadha kemm iċċelebrat il-50 sena anniversarju u kompla li dan it-tournament jista’ jgħin biex il-hockey ikompli jikber f’pajjiżna.

Kull sena, il-kompetizzjonijiet tal-EuroHockey Club jagħtu opportunità lill-klabbs biex jikkompetu fil-livell tagħhom iżda fuq livell Ewropew. Kull sena jkun hemm possibbiltà għal promozzjoni, xi ħaġa li Qormi qed jimmiraw għaliha.

Preżenti wkoll għal din il-konferenza stampa, il-President ta’ Qormi Daikin Hockey Club Sebastian Fenech, is-Segretarju tal-klabb Keith Calleja, iċ-chairman tat-tournament John Williams kif ukoll is-Segretarju Parlamentarji għall-Isport Clifton Grima. F’dan is-sajf, se ssir il-kompetizzjoni EHL Trophy li ssir f’Wettingen, it-tournament taċ-Challenge I f’Slaskie, iċ-Challenge II fi Vjenna u ċ-Challenge III f’Alanya.

B’kollox se jieħdu sehem tmien timijiet se jinqasmu f’żewġ gruppi, biż-żewġ timijiet Maltin Qormi HC u Floriana Young Stars jinsabu fi Grupp A flimkien ma’ Epitok HC tal-Ungerija u HC Luxembourg ta’ Lussemburgu. Il-grupp l-ieħor hu magħmul minn Seinajoki United u HC Kilppari tal-Finlandja, Kringsja SK tan-Norveġja u Eagles HC ta’ Ġibiltà. Għal tlett ijiem se jintlagħbu l-logħbiet tal-gruppi u l-Ħadd jintlagħbu l-logħbiet tal-klassifikazzjoni, b’logħba ddum siegħa. Ir-rebbieħa tal-gruppi jilagħbu kontra min jispiċċa t-tieni fil-grupp l-ieħor u min jispiċċa t-tielet jilgħab kontra r-raba’ tal-grupp l-ieħor, Iċ-ċerimonja tal-premji ssir fil-5.00pm.

Grupp A

Għada: Epitok v Luxembourg 3.30pm, Qormi v Floriana YS 5.45pm

Il-Ġimgħa: Floriana YS v Luxembourg 2.30pm, Epitok v Qormi 4.45pm

Is-Sibt: Floriana YS v Epitok 2.30pm, Qormi v Luxembourg 4.45pm

Grupp B

Għada: Seinajoki v Kringsja 11.00am, Kilppari v Eagles 1.15pm

Il-Ġimgħa: Kringsja v Eagles 10.00am, Kilppari v Seinajoki 12.15pm

Is-Sibt: Seinajoki v Eagles 10.00am, Kringsja v Kilppari 12.15pm

L-iskwadra ta’ Qormi

Shamison Mifsud, Kurt Darmanin, Keith Bajada, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Zachary De Giovanni, Steve Tanti, Ayrton Falzon, Tyrone Vella, Juan Sarcia, Jonathan Pace, Daniel Ellul, John Williams, Keith Calleja, Axel Cauchi, Isaac Mansueto, Steve Portelli, Gareth Dimech, Luke Bajada, Jeremy Farrugia, Shawn Dimech, Kurt Grixti, Duncan Edwards, Aaron Spiteri. Kowċ: Andre Ghio

L-iskwadra ta’ Floriana

Leon Gatt, Mark Camilleri, Jamie Mifsud, Andrea Curmi, Chris Attard, Joseph Dalli, Andrew Camilleri, David Evans, Anton Saliba, Edward Hughes, Ralph Agius Fernandez, Justin Bonello, Luke Borg Costanzi, Waylin Abdilla, James Mizzi, Karl Chircop, Justin Farrugia, Julian Farrugia. Kowċ: Noel Gatt

Tags