- Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina kkritika lill-gvern għall-mod kif ħied b’mod qawwi ħċertu triffi marbuta mal-kostruzzjoni; liema tariffi qed jitħallsu mill-poplu.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina għamel riferenza għall-Category B Concessions (CTB) u r-Regolarizzazjoni ta’ Bini Eżistenti, id-Development Planning Fund u l-Framework ta’ Regoli li jirregolaw il-kostruzzjoni f’ pajjiżna
Ic-CTB kien introdott fl-2012, fi zmien Gvern Nazzjonalista, permess tal-AL 229 of 2012 fejn propjetarji ta’ propjetà li kellha certu irregolaritajiet li jienu jaqgħu f’parametri stabilliti. Dawn l-applikazzjonijiet kienu jkopru tlett tipi ta’ koncessjonijiet għal ħruġ ta’ permessi għal alterazzjonijiet; għal ħruġ ta’ ċertifikat biex jigi installat arloġġ tad-dawl u l-ilma u biex propjetajiet li ma setgħux jiġu mibjugħa minħabba irregolaritajiet, grazzi għal din il-konċessjoni (CTB) seta’ jsir tali bejgħ.
Il-ħlasijiet tal-Awtorita applikabbli għal dawn l-applikazzjonijiet kient rata waħda ta’ €250 għal kull applikazzjoni. Ic-Cirkolari 4/12 maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar ta’ dak iż-żmien kient tidika li CTB ma jiskadiex. Difatti, postijiet b’ċertu irregolaritajiet setgħu jinbiegħu faċilment għax il-banek kellhom moħħhom mistrieħ li l-effetti tal-konċessjoni kienu permanenti.
Dwar l-introduzzjoni tal-Avviz Legali 285 ta’ 2016 hu qal li mas-separazzjoni tal-Awtorità tal-Ambjent mill-Awtorità tal-Ippjanar, u għalhekk mad-dħul fis-seħħ tad-Development Planning Act fl-2016, ir-regolamenti tas-CTBs tneħħew u f’Awwissu 2016 daħlet fis-seħħ AL 285 of 2016 fejn bini li kellu irregolaritajiet li ma setgħux jiġu sanzjonati, kellhom jiġu regolarizzati.
B’ hekk ir-regolarizzazjoni ta’ bini eżistenti ħa post ic-CTBs bid-differenza illi fejn għall-CTB kont tħallas lil Awtorità tal-Ippjanar rata fissa ta’ €250, bid-dħul tar-regloarizzazjoni il-ħlas lill-Awtorità tal-Ippjanar tela’ ghal eluf kbar ta’ euroa. Għal terraced house, CTB kien jiswa €250 però għal applikazzoni ta’ regolarizzazjoni il-ħlas lill- Awtorità tal-Ippjanar tela’ għal madwar €4,000/ €5,000; madwar 20 darba aktar minn dak li kien fi żmien Gvern Nazzjonaista. Din is-somma tista’ tkun ħafna aktar wkoll, għax l-ammont li jrid jitħallas huwa dipendenti mill-area kollha ta’ soqfa li jkollok fuq is-sit u mhux fuq il-parti fejn ikun hemm irregolarità.
Minn meta daħal dan il-Avviż Legali, għamilt diversi interventi kemm fil-Parlament kif wkoll barra minnu biex, applikazzjonijiet ta’ regolarizzazjoni fejn l-irregolaritajiet li kienu simili għal dawk li kienu koperti b’CTB, jiġu awtomatikament regolarizzati. Però l-Gvern Laburista baqa’ jsabbat saqajh u ma għamel xejn. Mhux talli hekk, talli permezz ta’ cirkolari maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA Circluar 1/19) f’ Jannar ta’ din is-sena, il-Gvern kien qal illi minn kellu żvilupp kopert b’ CTB però ma setax jiġi issanzjonat, kellu japplika għal applikazzjoni ta-regolarizzazjoni ta’ bini eżistenti. Riżlutat ta’ dan, eluf ta’ nies gew misluħa eluf ta’ euroa minn ħalq uliehom mill-Gvern Laburista. Difatti, minn mistoqsijja parlamentari li għamilt fuq dan ir-rigward ħareġ illi f’ inqas minn sena u nofs, il-Gvern Laburista dahħħl madwar €14 il-miljun minn fuq din l-iskema ta’ regolarizzazjoni.
Toni Bezzina kompla li fejn qabel b’ CTB li kien jiswa biss €250 u kont tista tagħmel alterazzjoniijet fid-dar tieghek, jew iddaħħal l-arloġġ tad-dawl u l-ilma jew tbiegħ il-propjetà li seta’ kellha irregolarità zgħira, skond iċ-ċirkolari maħruġa mill-Gvern ridt tħallas 20 darba izjed u jkollok tapplika għal regolarizzazjoni. B’ hekk il-Gvern ħoloq taxxa indiretta li permezz tagħha il-Gvern Laburista qiegħed jisloħ il-miljuni ta’ euros minn fuq dahar il-poplu.
Meta tkellem dwar l-Uffiċju tal-Ombudsman li jintalab jinvestiga, Toni Bezzina qal li f’Marzu li għadda, il-Kamra tal-Periti (KTP) għamlet talba lill-Uffiċċju tal-Ombudsman biex jinvestiga wara li diversi membri tagħha kien inkwetati peress li persuni li jkun inħarġilhom CTB kienu qed jiffaċċjaw riskji kbar fuq l-investiment tal-propjetà taghhom sakemm l-Awtorità tal-Ippjanar ma’ kientx ser tbiddel l-interpretazzjoni tagħha tal-ligi. Dan għaliex propjetà li ġiet mixtrija li kellha CTB, kif bdiet tinterpreta l-Awtorità tal-Ippjanar f’daqqa waħda din il-konċessjoni kient spiċċat bil-konsegwenza li tali propjetà naqsilha il-valur tagħha drastikament. Din is-sitwazzjoni ħolqot problemi kbar wkoll lil diversi banek li ħadu ipoteki fuq propretajiet li kienu koperti b’CTB peress li mill-lejl għan-nahar il-valur ta’ tali propjetajiet niżel drastikament.
F’ Mejju li għadda, l-Uffiċċju tal-Ombusman ikkonkluda li c-Cirkolari 1/19 hija inġusta, irregolari u tmur kontra l-prinċipji tal-gustizzja naturali u għalhekk ordna lil Awtoirta tal-Ippjanar biex tħassar din il-parti taċ-ċirkolari u tirrikonoxxi siti koperti b’CTB mingħajr il-ħtieġa ta’ sanzjonar, regolarizzar jew tneħħija ta’ illegalitajiet.
Hu staqsa lill-Ministru Ian Borg x’se jagħmel il-Gvern Laburista u jekk hux se jaċċetta r-rakomandazzjoni tal-Ombudsman u għalekk jikkanċella ċ-ċirkolari 1/19 u jirrikonoxxi applikazzjonijiet ghal CTB jew jinjora lill-Ombudsman u jibqa’ għaddej romblu minn fuq kulħadd. Hu staqsa wkoll: f’ każ li jaċċetta r-rakomandazzjonijiet tal-Ombudsman, il-Gvern Laburista se jirrifondi l-miljuni ta’ euros li l-poplu kellu jħallas inġustament u tort tal-arroganza tal-Gvern u jekk il-Gvern Laburista hux se jitlob skuża lill-poplu li selaħlu l-miljuni mingħajr ma kellu dritt għalihom.
Dwar id-Development Planning Fund u l-iskema Irrestawra Darek Toni Bezzina qal li mill-flus li jdaħħal ir-regolarizzazzjoni, il-Gvern qiegħed jiffinanzja l-operat tal-Awtorità tal-Ippjanar, id-Development Planning Fund u l-ikema Irrestawra Darek. Mela ġejna f’ sitwazzjoni fejn, kif jgħidu l-Inglizi, ‘rob Peter to pay Paul’ , irrimarka Toni Bezzina.
Dan il-fond wkoll, li tant il-Ministru jiftaħar bih, qiegħed isostnih billi ħoloq taxxa indiretta oħra. Din it-taxxa indiretta l-aktar li qed ibatu minnha huma żgħażagħ li preżentament qed isibuha diffiċli jixtru fejn joqgħodu minħabba ż-żieda fenomenali fil-prezzijiet tal-propjetà. Għalhekk, jekk ma jkunux il-ġenituri tagħhom, ma jkollhomx fejn jitfgħu rashom. Ġenituri li jkollhom dar li jkunu jixtiequ jkomplu jiżviluppawha biex jagħtu saqaf lil uliehom biex ikunu jistgħu jibnu familja, żdiditilhom b’ rata fenomenali il-multa f’każ li ma jkollhomx garaxx li jkun jesa’ ammont ta’ karozzi marbut man-numru ta’ flats. Għal kull nuqqas ta’ parking, il-multa minn madwar €1,000 fi żmien Gvern Nazzjonalista għal kull parkegg nieqes, fi żmien dan il-Gvern Laburista din telgħet sa €9,000 il-wieħed: u ċioè xejn inqas minn disa’ darbiet aktar.
Mela għalkemm għandna Gvern li l-ħin kollu jiftaħar kemm qed jiftaħ skemi għall-poplu u għall-Kunsilli Lokali, fir-realtà dawn il-flus qed joħodhom minn ħalq uliedna biex ikun jista jagħtihom lil ħaddiehor hu.
Toni Bezzina qal li għalkemm il-flus li jmorru ghad-Development Planning Fund suppost jispiċċaw lura fil-budget tal-kunsilli lokali biex isiru proġetti ta’ fejda għall-lokalità fejn ikun sar proġett, b’ ċirkulari li l-Gvern Laburista ħareġ f’Jannar 2018, il-ministru kien iddeċieda li kunsill lokali li fi żmien Gvern Nazzjonalista kienu jieħu il-100% tal-ispejjeż ta’ proġett li jkun se jsir f’lokalità tagħhom, skont din iċ-ċirkolari taħt dan il-Gvern Laburista dan il-finanzjament niżel ghall-70% u għalekk se jagħmilha impossibbli għal kunsilli żgħar li jkunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti fil-lokalità tagħhom.
Dwar il-framework ta’ Regoli li jirregolaw il-kostruzzjoni f’ pajjiżna Bezzina qal li problema li l-Industrija tal-bini qed tħabbat wiċċha magħha b’mod regolari huma inċidenti fuq is-siti tal-kostruzzjoni. Għal din ir-raġuni, il-Kamra tal-Periti (KTP) ħasset il-bżonn li taghmel Public Consultation Paper dwar regoli li jirregolaw il-kostruzzjoni f’pajjiżna. Permezz ta’ din il-Consultation Paper, il-KTP qed tipproponi tgħaqqad id-diversi frammentazzjonijiet ta’ liġijiet li jkopru din l-industrija, jiġu migburin f’leġiżlazzjoni waħda biex b’ hekk isir xogħol ta’ kwalità aħjar u l-inċidenza ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol tonqos drastikament. Dan il-għan jista’ jintlaħaq billi, fost oħrajn jkun hemm taħriġ kontinwu lil kull min hu involut f’ dan is-settur; ikun hemm professional development tal-professjonisti kollha involuti f’ dan il-qasam; issir iċ-ċertifikazzjoni tan-nies tas-sena involuti f’ dan ix-xogħol; illiċenzjar u ċertifikazzjoni tal-persuni li jipprovdu servizzi relatati mal-industrija; jigu mtejba l-prattici dwar l-immanigjar tas-sit; tibda ssir l-amministrazzjoni tas-site tal-kostruzzjoni u jiżdied l-għarfien dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Għalekk ta’ min ifaħħar l-inizjattiva li ħadet il-Kamra tal-Periti biex ma’ diversi stakeholders oħra involuti f’dan is-settur, jiġi mwaqqaf qafas ta’ regoli li jirregolaw darba għal dejjem l-industrija tal-kostruzzjoni.
//= $special ?>