Is-sit elettorniku tal-Euronews qiegħed jirrapporta li l-Partit Ungeriż Fidesz lest jappoġġja lil Manfred Weber sabiex ikun il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea – żvilupp illi qed ikun meqjus bħala kruċjali, anke fl-isfond tal-fatt illi llum il-ġurnata l-Fidesz ta’ Orban m’għandhomx parti mill-PPE, iżda xorta qed jappoġġjaw lil Weber.
Jidher illi l-MEPs eletti f’isem dan il-partit Ungeriż se jibqgħu parti mill-PPE fil-Parlament Ewropew, minkejja li l-Fidesz jinsab sospiż minn dan il-grupp politiku.
Din is-sitwazzjoni kellha tiġi diskussa llum f’laqgħa ġewwa Brussell.
//= $special ?>