Sport Sport Ieħor

Qormi jibdew b’rebħa fuq Floriana Young Stars fil-EuroHockey Challenge IV

Illum ingħata bidu għat-tournament EuroHockey Challenge IV fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin. L-aktar logħba mistennija kienet l-aħħar logħba fil-programm, biċ-champions lokali Qormi Daikin joħorġu rebbieħa fuq Floriana Young Stars 2-0 b’gowls minn Shawn Dimech fis-16-il minuta biex Keith Bajada rdoppja fit-42 minuta.

It-tournament beda bil-logħba bejn Seinajoki kontra Kringsja, b’tal-aħħar joħorġu rebbieħa 9-1. Spikkaw fosthom tripletta kull wieħed għal Abhishek Singh u Arunpreet Sing Garcha. Eagles ukoll kisbu rebħa kbira ta’ 8-0 kontra Kilppari, b’Julian Lopez jiskorja tripletta wara tmien minuti.

Minn Grupp A, Epitok rebħu 4-1 kontra HC Luxembourg f’dik li kienet l-ewwel logħba għalihom. Tamas Loschnig kien strumentali bi tripletta fl-34 minuta u fis-57 u t-58 minuta.

Grupp A

Illum:Epitok v Luxembourg 4-1, Qormi v Floriana YS 2-0

Għada: Floriana YS v Luxembourg 2.30pm, Epitok v Qormi 4.45pm

Grupp B

Illum: Seinajoki v Kringsja 1-9, Kilppari v Eagles 0-8

Għada: Kringsja v Eagles 10.00am, Kilppari v Seinajoki 12.15pm

Tags