Sport Sport Ieħor

Finali tar-Roland Garros bejn Vondrousova u Barty

Ashleigh Barty se tilgħab il-finali tal-Open ta’ Franza wara li għelbet lill-Amerikana Amanda Anisimova 6-7, 6-3, 6-3. Anisimova ssieltet minn 5-0 minn taħt biex rebħet l-ewwel set b’tie-break u saħansitra kienu 3-0 minn fuq fit-tieni set qabel wieġbet Barty.

Fis-semifinali l-oħra, Johanna Konta naqset li ssir l-ewwel tennista Britannika mill-1977 li tilgħab finali ta’ Grand Slam wara li tilfet kontra ż-żagħżugħa Marketa Vondrousova. It-tennista ta’ 19-il sena rebħet 7-5, 7-6 quddiem attendenza miżera.

Konta pattiet wara li tilfet tliet set points fl-ewwel set. Vondrousova saret l-ewwel finalista taħt l-20 sena li waslet fil-finali tar-Roland Garros minn żmien Ana Ivanovic fl-2007.