Fid-9 ta’ Ġunju se tittella’ għat-tieni edizzjoni tal-‘Festa Għawdxija’, attività organizzata mill-Għaqda Briju San Ġużepp tal-Qala.
F’din l-attività ser jipparteċipaw numru ta’ għaqdiet tal-Armar minn madwar il-gżira Għawdxija li ser jkunu qed jesebixxu bandalori u pavaljuni madwar il-pjazza u toroq ewlenin tal-Qala. Barra minn hekk, ser ikun hemm diversi aspetti oħra u tradizzjonijiet li jsawwru l-festi Maltin u Għawdxin.
