Futbol Sport

It-Tazza tad-Dinja tan-nisa tiftaħ b’rebħa kbira għat-tim Franċiż

(Ritratt: EPA)

Wendie Renard skorjat darbtejn hekk kif l-organizzaturi Franza fetħet it-Tazza tad-Dinja tan-nisa b’rebħa kbira ta’ 4-0 kontra l-Korea ta’ Isfel f’Pariġi. Eugenie Le Sommer kienet fetħet l-iskor wara disa’ minuti, bid-difensur Renard l-ewwel tirdoppja fil-35 minuta b’daqqa ta’ ras, biex għamlithom tlieta fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima. Il-captain Amandine Henry skorjat ir-raba’ gowl b’xutt sabiħ ħames minuti mit-tmiem.

Quddiem 45,261 f’Parc des Princes fosthom il-President Franċiż Emmanuel Macron, il-Franċiżi kienu dominanti u saħansitra kellhom iċ-ċans li jiskorjaw wara żewġ minuti. Il-Koreani taw dak li setgħu iżda ftit setgħu joffru oppożizzjoni għal tim superjuri aktar minnhom.