Fl-aħħar jiem, il-Malta Drug Free Powerlifting Association organizzat dawk li jissejħu Single Lifts. Wayne Gregoraci mar l-aħjar fl-isquat b’refgħa ta’ 225kg u b’body weight ta’ 91.8kg. Din kienet l-aktar squat tqila tal-ġurnata kif ukoll l-aqwa squat bil-punti. Shawn Farrugia spiċċa fit-tieni post bi squat ta’ 180kg u body weight ta’ 68.5kg. Sean Galea kklassifika fit-tielet post bi squat ta’ 187.5kg u body weight ta’ 79kg.
Fil-bench press, Shawn Farrugia temm fl-ewwel post b’140kg bench press, anki jekk prova b’147.5kg iżda falla bi ftit. Josef Spiteri spiċċa t-tieni bl-itqal bench press tal-ġurnata ta’ 175kg iżda hu kellu body weight ta’ 97.8kg. George Bonanno għamel bench press ta’ 137.5kg b’body weight ta’ 83.5kg.
Fid-deadlift, Charles Degiorgio reġa’ spiċċa l-ewwel b’refa’ ta’ 240kg b’piż personali ħafif ta’ 69.4kg. Shawn Farrugia b’deadlift ta’ 222.5kg spiċċa t-tieni filwaqt li Alessandro Valastro għamel deadlift bl-itqal piż tal-ġurnata ta’ 285kg u għamilha mingħajr ċintorin.
Kategorija tan-nisa
Fis-sezzjoni tan-nisa, Kristen Borg spiċċat l-ewwel bi squat ta’ 90kg u body weight ta’ 52.9kg. Nicole Borg temmet warajha bi squat ta’ 80kg u body weight ta’ 54.8kg.
Fil-bench press, Pamela Psaila refgħet 75kg b’piż ta’ 61.5kg filwaqt li Kristen Borg għamlet bench press ta’ 62.5kg fir-raba’ attentat.
Psaila spiċċat l-ewwel ukoll fid-deadlift b’riżultat impressjonanti ta’ 165kg fir-raba’ attentat. Kristen Borg temmet it-tieni b’112.5kg u Nicole Borg spiċċat it-tielet hekk kif fir-raba’ attentat għamlet total ta’ 117.5kg iżda b’piż differenti.
//= $special ?>