Sport Sport Ieħor

Nadal fil-finali tal-Open ta’ Franza b’rebħa dominanti fuq Federer

(Ritratt: EPA)

Rafael Nadal baqa’ b’ċans li jirbaħ l-Open ta’ Franza għal rekord 12-il darba meta għeleb lir-rivali tiegħu Roger Federer fis-semifinali. Minkejja li Federer rebaħ l-aħħar ħames konfronti, Nadal wera s-saħħa tiegħu fuq wiċċ tat-tafal b’rebħa ta’ 6-3, 6-4, 6-2.

Fl-aħħar ħames logħbiet f’dan il-Grand Slam fosthom erba’ finali, Federer qatt ma rebaħ aktar minn set. Minkejja li kienet waħda mill-aqwa prestazzjonijiet fuq it-tafal, Nadal kien sempliċiment fi klassi għalih. Konxju minn żewġ rebħiet fl-aħħar 15-il konfront kontra Nadal fuq it-tafal, Federer beda b’mentalità aggressiva iżda aktar ma għadda l-ħin, l-Ispanjol beda jiddomina.

Nadal addatta aħjar għal kundizzjoni tat-temp, bl-ewwel żewġ sets ikunu milgħuba f’livell għoli. B’hekk hu kabbar ir-rekord pożittiv kontra l-Iżvizzeru għal 24 rebħa minn 39 logħba, fosthom sitta fir-Roland Garros u 14-il rebħa minn 16 fuq it-tafal.