Sport Sport Ieħor

Navaj Brodda tirbaħ il-finali tas-Sette Giugno

(Ritratt: Matthew Tabone)

Misjuqa minn Charles Camilleri, Navaj Brodda rebħet it-tigrija ewlenija li saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tat-Tazza Sette Giugno għal żwiemel tal-aqwa klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140. Din id-29 laqgħa tas-sena, organizzata fl-okkażjoni ta’ din il-festa nazzjonali, kienet tikkonsisti minn disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.

Għaxra kienu ż-żwiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Quick Fix (Clifferty Calleja) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir mit-Taljana Primula Brazzà u I Won’t Dance (Clint Vassallo).

Madankollu hekk kif l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali, Quick Fix beda jnaqqas mill-ġiri u dlonk inqabeż mill-Iżvediża Navaj Brodda (Charles Camilleri) li ħadet l-ewwel rebħa staġjonali bi ftit min Norveġiż Stormbringer G.R. (Julian Farrugia) u Univers De Suce (Kurt Saliba). Quick Fix kellu jikkuntenta bir-raba’ post.

Fi tmiem din il-finali, Martin Arrigo f’isem l-isponsors ippreżenta t-tazza tas-Sette Giugno lill-membri tal-familja Azzopardi u lil Charles Camilleri, is-sidien u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Dan fil-preżenza ta’ Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club. Ta’ min wieħed jinnota li din kienet it-tielet finali mirbuħa s’issa f’pajjiżna minn Navaj Brodda.

Navaj Brodda (it-tieni mix-xellug) taqsam il-linja finali l-ewwel (Ritratt: Matthew Tabone)

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier ukoll fuq distanza qasira ta’ 2140m. Hawnhekk, Swan Des Tesnieres (Julian Farrugia) kien il-ħin kollu quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel b’vantaġġ ta’ tul minn Auteur (Kurt Saliba) u Uriako De Villiere (Shawn Portelli). Id-debuttanta Ġermaniża Queenswood (Rodney Gatt) temmet fir-raba’ post. Għal Swan Des Tensieres din kienet it-tieni rebħa nfila.

Saret ukoll tiġrija tal-ponijiet shetland bit-trott u misjuqa minn tfal. Din intrebħet minn Rosenbergs Attacca ta’ Disma Attard. Din it-tiġrija saret fuq distanza ta’ 640 metru.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Espoir De Dussac (M. Cauchi) Ħin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Enjos TS (S. Vassallo) 3. Cabessa Negra (T. Demanuele) 4. Egata Love (J. Azzopardi)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ujipey Morvan (C. Seychell) Ħin – 2.48.7” (1.18.8”) 2. Tsar Nay (J. Gafa’) 3. Patriot Magi (T. Demanuele) 4. Borsalino Maza (I. Stivala)

III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Utian Joy (V. Camilleri) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Devil Somolli (J. Gafa’) 3. Bone Machine (F. Tanti) 4. Ricky Rock (R. Gatt)

IV Tiġrija Klassi Silver, Dist – 2140m. 1. Vasco Dairpet (J. Farrugia) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Palazio Valterne (I. Bilocca) 3. Emotion Boshoeve (R. Delceppo) 4. Astro La Bourgee (F. Mallia)

V Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Record Du Mexique (M. Cauchi) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Afro Seven (A. Farrugia) 3. Incredible d’Hoeve (C. Farrugia) 4. Ricciola Jet (M. Ellul)

VI Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Swan Des Tesnieres (J. Farrugia) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Auteur (K. Saliba) 3. Uriako De Villiere (Sh. Portelli) 4. Queenswood (R. Gatt)

VII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ripsos De Fa (I. Bilocca) Ħin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Dewey Luvs Britt (J. Farrugia) 3. G.G.’s Magic Dream (R. Gatt) 4. Global Touchdown (L. Ghigo)

VIII Tiġrija Finali Tazza Chukkas Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Navaj Brodda (C. Camilleri) Ħin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. Stormbringer G.R. (J. Farrugia) 3. Univers De Suce (K. Saliba) 4. Quick Fix (C. Calleja)

IX Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Frans G. (R. Gatt) Ħin – 2.43.8” (1.16.5”) 2. Uttar Pradesh (J. Gafà), 3. Village Natal (N. Baldacchino), 4. Ubu de Metz (C. Camilleri)