Qormi Daikin kisbu t-tieni rebħa minn Grupp tal-EuroHockey Challenge IV meta għelbu lil Epitok 3-1 biex issa jinsabu pass eqreb li jispiċċaw il-grupp tagħhom fil-quċċata u għada jilagħbu b’ċans li jirbħu l-grupp.
Kien Juan Sarcia li fetaħ l-iskor wara 14-il minuta minn penalty stroke biex tliet minuti wara l-captain Steve Tanti rdoppja. L-iskor sar 3-0 fid-29 minuta meta reġa’ kien Juan Sarcia li din id-darba skorja minn azzjoni ta’ penalty korner. Epitok naqqsu d-distakk fil-50 minuta permezz ta’ Gergely Papp.
Floriana sofrew it-tieni telfa konsekuttiva hekk kif wara li kienu megħluba minn Qormi l-Ħamis, tilfu 2-1 kontra HC Luxembourg. Milan Dans poġġa lit-tim mil-Lussemburgu minn fuq wara 14-il minuta u rduppjaw permezz ta’ Cedric Verdin fil-45 minuta. Il-captain Luke Borg Costanzi naqqas id-distakk fil-bidu tal-aħħar kwarta iżda ma kienx biżżejjed biex isalva r-riżultat.
Fiż-żewġ logħbiet l-oħra minn Grupp B, Eagles kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva u bi skor kbir meta din id-darba rebħu 6-1 kontra Kringsja filwaqt li Seinajoki kisbu rebħa minima kontra Kilppari.
Grupp A
Il-Ħamis: Epitok v Luxembourg 4-1, Qormi v Floriana YS 2-0
Illum: Floriana YS v Luxembourg 1-2, Epitok v Qormi 1-3
Għada: Floriana YS v Epitok 2.30pm, Qormi v Luxembourg 4.45pm
Grupp B
Il-Ħamis:Seinajoki v Kringsja 1-9, Kilppari v Eagles 0-8
Illum:Kringsja v Eagles 1-6, Kilppari v Seinajoki 0-1
Għada: Seinajoki v Eagles 10.00am, Kringsja v Kilppari 12.15pm
//= $special ?>