Futbol Sport

Real Madrid iħabbru lil Hazard b’mod uffiċjali

(Ritratt: chelseafc.com)

Ġurnata wara li rapporti fil-media Ingliża u Spanjola qalu li Real Madrid laħqu ftehim ma’ Chelsea għall-akkwist ta’ Eden Hazard, iż-żewġ klabbs ħabbru b’mod uffiċjali t-trasferiment.

Hu mistenni jiffirma kuntratt sal-aħħar ta’ Ġunju tal-2024 u mistenni jkun preżentat fi Stadio Santiago Bernabeu l-Ħamis li ġej wara li jagħmel eżami mediku. Is-somma tat-trasferiment hi ta’ €100 miljun.

Mal-klabb minn Londra, Hazard rebaħ darbtejn il-Premier League u darbtejn l-Europa League kif ukoll darba l-FA Cup u l-League Cup filwaqt li rebaħ il-Plejer tas-Sena tal-klabb f’erba’ okkażjonijiet. Hu lagħab 352 logħba ma’ Chelsea u skorja 110 gowl.