Is-Sovritendenza għall-Patrimonju Kulturali qed toġġezzjona għal proposta fi proġett ta’ żvilupp biex tissostitwixxi l-uffiċji preċedenti ta’ Times of Malta fil-Belt Valletta, fi blokk ta’ appartamenti.
Is-Sovritendenza sostniet li dan hu “theddida mhux aċċettabbli għall-monumenti tal-madwar” li jinkludu fost l-oħrajn Kastilja, u l-Kmamar ta’ Lascaris taħt l-art u x-xelters relatati mat-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-proġett fost oħrajn se jinkludi numru ta’ sulari ta’ parkeġġ taħt l-art li biex isiru hemm bżonn skavar u qtugħ estensiv tal-blat … xi ħaġa li s-Sovritendenza ddikjarat li mhijiex aċċettabbli f’sit tal-Wirt Dinji tal-UNESCO.
Is-Sovrintendenza esprimiet it-tħassib tagħha li l-applikazzjoni qed tipproponi żieda konsiderevoli fl-għoli u l-volumi totali fuq bini “li diġà huwa wieħed mill-aktar enormi fil-Belt Valletta u jinsab fl-ogħla punt fil-peniżola Sciberras, li fuqu hemm il-Belt Valletta u Floriana.”
Fid-dawl ta’ dan, is-Sovritendenza oġġezzjonat għal tnaqqis konsiderevoli fil-volumi u l-għoli proposti kif ukoll għad-disinn propost. Insistiet li din mhix sostituzzjoni aċċettabbli għall-bini eżistenti u żgur mhux forsi li mhux f’armonija mal-valur arkitettoniku eċċellenti tal-Belt Valletta bħala sit tal-UNESCO.
Bi tweġiba għall-oġġezzjonijiet ippreżentati kontra l-proġett, l-iżviluppaturi ħabbru li se jirrevedu l-pjanijiet tagħhom biex jindirizzaw it-tħassib u s-suġġerimenti magħmula minn konsulenti.L-iżviluppaturi għandhom ukoll il-ħsieb li jorganizzaw laqgħat ma’ dawk kollha kkonċernati.
//= $special ?>