Fil-futbol Malti bħalissa hemm 18-il klabb minn 53 f’Malta u ħames klabbs oħra minn 14 f’Għawdex li għandhom projbizzjoni. L-agħar milqut hu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni fejn mill-14-il klabb tal-istaġun li ġej hemm tmienja li għandhom projbizzjoni li żżommhom milli jirreġistraw plejers ġodda.
Skont deċiżjoni tal-Member Clubs Licensing Board li ltaqa’ fis-6 ta’ Ġunju, dawn il-klabbs għandhom sat-23 ta’ dan ix-xahar biex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tagħhom.
Il-klabbs huma:
Kampjonat Premier – Gudja United, Mosta, Santa Lucia u Tarxien Rainbows
Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni – Mqabba, Naxxar Lions, Pembroke Athleta, Qormi, St. Andrews, Vittoriosa Stars, Żebbuġ Rangers u Żejtun Corinthians
Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni – Marsa, Marsaxlokk, San Ġwann, Żabbar St. Patrick u Żurrieq
Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni – Siġġiewi
Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex – Xewkija Tigers u Kerċem Ajax
Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni f’Għawdex – Qala Saints, Xagħra United u Żebbuġ Rovers.
Minbarra dawn it-timijiet, hemm ukoll sentenzi oħra li huma pendenti fosthom dawk ta’ Birkirkara u Ħamrun Spartans li madankollu mhux fis-seħħ minħabba li l-klabbs qed jappellaw.
//= $special ?>