Lokali

Evakwata l-mara li kienet maqbuda fit-tielet sular

Ftit tal-ħin ilu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jevakwaw lill-mara li spiċċat maqbuda fil-kamra tas-sodda tagħha wara li iġġarfet parti mill-blokka flats li toqgħod fiha.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6am fi Triq il-Kbira l-Mellieħa.

Il-mara ġie evakwata bl-użu tal-makkinarju tal-Protezzjoni Ċivili, u issa qed tingħata l-assistenza minn tim ta’ tobba u infermiera li jinsabu fil-post.