Lokali

“Evidenti li dan l-inċident huwa frott il-kaos fl-industrija tal-kostruzzjoni” – Kamra tal-Periti

Tintalab laqgħa urġenti mal-Prim Ministru hekk kif qed isejħu għal azzjoni immedjata

“Huwa evidenti li dan l-inċident u oħrajn simili fix-xhur li għaddew huma sintomu dirett tal-kaos li qed jirrendja fl-industrija tal-kostruzzjoni”.

Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Kunsill tal-Kamra tal-Periti hekk kif esprimu l-ħasda tagħhom wara t-tiġrif ieħor ta’ binja, din id-darba fil-Mellieħa.

Il-Kamra tal-Periti spjegat li ilha ssejjaħ għal tibdil mill-qiegħ fis-sistema regolatorja għal dawn l-aħħar snin, iżda sal-lum għadu ma sar xejn.

Il-Kamra tal-Periti saħqu li aktar dewmien m’huwiex aċċettabli u l-industrija hi fi kriżi. Huma saħqu li pajjiżna għandu nuqqas totali ta’ regolamentazzjoni tal-kuntratturi, nuqqas serju ta’ taħriġ u kompetenzi adegwati fost l-operaturi u ħaddiema fl-industrija, konfużjoni dwar ir-rwoli u responsabbiltajiet fuq is-siti tal-kostruzzjoni, regolamenti tal-bini li jmorru lura għas-seklu dsatax, u nuqqas serju ta’ infurzar.

Huma saħqu li fl-aħħar tal-2018, il-Gvern ħabbar proposta sabiex titwaqqaf Awtorità dwar il-Bini u lKostruzzjoni, proposta li l-Kamra qablet magħha, iżda s’issa għadu ma sar xejn hekk kif għadha fl-istadji bikrin ta’ tfassil u ma jidhirx li din ser tkun imwaqqfa qabel l-aħħar tas-sena.

Il-Kamra tal-Periti ħabbret saħqet li l-isforzi li qegħdin isiru huma insuffiċenti.

L-unika proposta li tħabbret wara t-tiġrif tal-bini fi Gwardamanġa kienet li ser tiġi studjata l-possibilità li titwaqqaf “Considerate Constructors Scheme”, li tidher li skont il-Kunsill, hi interpretazzjoni dgħajfa ta’ skema li titħaddem fir-Renju Unit.

Huma ddeskrivew din il-proposta bħala sempliċiment l-għan li torbot lill-kuntratturi ma’ kodiċi ta’ etika b’mod purament volontarju, minflok issaħħaħ is-sistema regolatorja u l-kontabbilità tal-operaturi kollha fl-industrija, u l-Kamra temmen li din twassal biss għal iktar lok ta’ nuqqasijiet.

Il-Kamra tal-Periti saħqu li aktar dewmien mhuwiex aċċettabli u l-industrija hi fi kriżi. Għandna nuqqas totali ta’ regolamentazzjoni tal-kuntratturi, nuqqas serju ta’ taħriġ u kompetenzi adegwati fost l-operaturi u ħaddiema fl-industrija, konfużjoni dwar ir-rwoli u responsabbiltajiet fuq is-siti tal-kostruzzjoni, regolamenti tal-bini li jmorru lura għas-seklu dsatax, u nuqqas serju ta’ infurzar. Jekk ma titteħidtx azzjoni immedjata, is-sitwazzjoni tista’ biss tmur għall-agħar.

Jekk ma titteħidtx azzjoni immedjata, is-sitwazzjoni tista’ biss tmur għall-agħar.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kamra tal-Periti talbet laqgħa urġenti mal-Prim Ministru saboex jinfetħu ddiskussjonijiet bil-għan li jiġu indirizzati dawn il-problemi.

Il-laqgħa mistennija sseħħ il-ġimgħa d-dieħla.