Dan l-inċident huwa evidenti li seħħ kawża tas-sitwazzjoni sintomatika li hija totalment inaċċettabbli f’pajjiż ċivilizzat.
Dan saħqitu l-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija hekk kif esprimew il-ħasda li ħadu mal-aħbar tat-tiġrif ta’ binja oħra f’qasir żmien – din id-darba fil-Mellieħa.
Filwaqt li ser jistennew ir-riżultati tal-investigazzjonijiet jiġu mgħarrfa pubblikament, huma insistew li r-raġuni tidher waħda evidenti.
Huma saħqu li fid-dawl ta’ dawn l-inċidenti għandhom jintrefgħu r-responsabbilitajiet filwaqt li d-drittijiet tal-vittmi għandhom jiġu mħarsa.
Kelliema għall-Kamra saħqu li l-medjokrità u xogħol mhux ta’ livell mistenni għandhom jiġu mibdula f’kultura ta’ eċċellenza.
Għaldaqstant il-Kamra tal-Kummerċ sejħet b’mod urġenti għal awtorità tal-bini li tħares lejn l-industrija b’mod aktar komprensiv u kwalitattiv.
//= $special ?>

