Fid-dawl tal-inċident li seħħ fil-Mellieħa, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, Claudette Buttigieg qalet li wasal iż-żmien li issa l-Gvern jimxi mill-paroli għall-fatti.
Robert Cutajar id-Deputat Nazzjonalista responsabbli mil-Kunsilli Lokali u l-Komunitajiet ukoll saħaq li jeħtieġ tittieħed azzjoni immedjata u li l-ħajja hija prezzjuża.
Marthese Portelli, Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar Proġetti Kapitali, L-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà qal li ma nistagħux nibqgħux reattivi imma rridu nkunu proattivi.
Intant fi Tweet, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista awgura fejqan ta’ mara lill-mara li weġġgħet f’dan l-inċident u fakkar li dan hu t-tielet inċident ta’ dan it-tip fi ftit xhur.Hu għalaq it-tweet bil-messaġġ We want a safe Malta.
//= $special ?>
