Lokali Parlament

L-FOIPN jifraħ lid-Deputat il-ġdid Kevin Cutajar

Il-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista (FOIPN) jixtieq jifraħ lid-deputat il-ġdid Nazzjonalista Kevin Cutajar, li għadu kif ġie elett fil-Parlament Malti sabiex jirrappreżenta lil Għawdex.

Kevin Cutajar tassew jixraqlu li jkun fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, dan għaliex minkejja d-diżabbiltà tiegħu dejjem ħares ‘il quddiem u stinka sabiex jgħix ħajja indipendenti u saħansitra offra lilu nnifsu ta’ servizz għas-soċjetà Għawdxija u Maltija. 

L-FOIPN iżid li filwaqt li l-ħatra ta’ Kevin Cutajar bħala deputat parlamentari twassal messaġġ tajjeb ta’ inklussività, din hija opportunità sabiex inkomplu nixprunaw lill-Gvern u l-awtoritajiet sabiex l-istituzzjonijiet Maltin ikunu dejjem aktar aċċessibbli u attrezzati għall-bżonnijiet differenti biex kull individwu jilħaq il-milja tiegħu.