Futbol Sport

Michael Mifsud lura fl-iskwadra Maltija għal kontra r-Rumanija

(Ritratt: Joseph Galea)

Il-veteran Michael Mifsud jinsab lura fl-iskwadra Maltija li qed tipprepara biex it-Tnejn filgħaxija tilgħab kontra r-Rumanija fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. Mifsud ma kienx mat-tim nazzjonali fit-telfa ta’ 3-0 kontra l-Iżvezja lbieraħ filgħaxija fil-Friends Arena hekk kif kien qed jirkupra minn injury żgħira, iżda issa jinsab fiżikament tajjeb biex jirritorna.

Fuq in-naħa l-oħra, id-difensur Jonathan Caruana mhux se jkun għad-dispożizzjoni minħabba li hu mweġġa’. Il-kontinġent Malti rritorna mill-Iżvezja f’titjira diretta dalgħodu. Il-plejers li bdew il-logħba fi Stokkolma kellhom sessjoni biex jirkupraw fil-lukanda tat-tim filwaqt li l-kumplament tal-iskwadra kellhom sessjoni ħafna fit-Training Grounds tal-MFA.

Ir-Rumeni waslu wkoll f’pajjiżna dalgħodu wara li lbieraħ filgħaxija spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra n-Norveġja. Ir-Rumanija taħt it-tmexxija tal-eks plejer ta’ Milan Cosmin Contra, għandha erba’ punti mill-ewwel tliet logħbiet fi Grupp F.

Skwadra Maltija

Gowlkipers: Henry Bonello (Valletta), Justin Haber (Gżira United), Andrew Hogg (Birkirkara)

Difensuri: Andrei Agius (Hibernians), Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs), Steve Borg (Valletta), Joseph Mbong (Hibernians), Zach Muscat (Olhanense), Dexter Xuereb (Mosta), Joseph Zerafa (Valletta)

Midfielders: Triston Caruana (Ħamrun Spartans), Juan Corbalan (Gżira United), Paul Fenech (Balzan), Luke Gambin (Crawley Town), Jake Grech (Hibernians), Bjorn Kristensen (Hibernians), John Mintoff (Sliema Wanderers), Rowen Muscat (Valletta), Dunstan Vella (Hibernians)

Attakkanti: Alfred Effiong (Balzan), Michael Mifsud (Birkirkara), Luke Montebello (Birkirkara), Kyrian Nwoko (Valletta)