Lokali

AĠĠORNATA: Tiġġarraf binja fil-Mellieħa

Ara: Ritratti tas-sit

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6am, membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fil-Mellieħa wara li ċediet parti minn binja fi Triq il-Kbira fil-Mellieħa.

Fil-post issejħu numru ta’ ambulanzi, anke minħabba l-fatt illi kien hemm mara li spiċċat maqbuda fit-tielet sular tal-binja. Din ġiet evakwata mis-CPD f’ħin qasir.

Net News hu nfurmat li biswit din il-blokka għaddej xi xogħol ta’ kostruzzjoni.

Is-sitwazzjoni kienet meqjusa waħda ta’ livell għoli fejn tidħol emerġenza, tant li ġew mobilizzati l-forzi kollha. Il-Pulizija evakwaw ukoll il-binjiet li hemm fil-viċin.

Dan il-każ hu t-tielet wieħed tax-xorta tiegħu fl-aħħar xahrejn, wara żewġ każi simili fis-Swieqi u Gwardamanga. Fil-każ ta’ Gwardamanga, it-tlett koppji li kienu fil-binja dakinhar ħarġu biss ftit minuti qabel ma raw il-blokka tikkrolla quddiem għajnejhom.

L-ewwel filmati miz-zona fejn seħħ il-każ: