Sport Sport Ieħor

Warren Sciberras jilħaq il-mira personali fiċ-ċirkwit ta’ Snetterton

Warren Sciberras għamel prova f’Snetterton fir-Renju Unit meta tellaq fil-Mini Challenge Touring Car Racing. L-għan ta’ din l-esperjenza kienet biex ikun ikkonfermat il-livell tiegħu.

Hu kellu mira ta’ żewġ minuti u 30 sekonda f’ċirkwit xott u bla traffiku iżda spiċċa biex falla r-rekord taċ-ċirkwit biss b’żewġ sekondi. Madankollu hu xorta kkwalifika biex isuq mat-tim minħabba li fiċ-ċirkostanzi kien mitlub li jsuq iċ-ċirkwit f’ħin ta’ żewġ minuti u 35 sekonda.

Normalment il-prova ssir f’ċirkwit vojt iżda Sciberras kellu karozzi oħra jsuqu fl-istess ħin. Hu ma kienx familjari maċ-ċirkwit bil-karozza Mini filwaqt li t-temp ma’ kienx favorevoli.