Sport Sport Ieħor

Zach Zammit jiddomina f’Shelsey Walsh

Fl-aħħar jiem, is-sewwieq tal-hillclimb u membru tal-Island Car Club Zach Zammit, kien impenjat fil-11 u t-12-il rawnd tal-kampjonat Ingliż f’Shelsey Walsh. Zammit qed jikkompeti permezz tal-karozza Empire Wraith u apparti li rebaħ il-klassi tiegħu, bħalissa jinsab fit-12-il post fil-kampjonat minħabba li kkompeta biss f’nofs it-tlielaq.

Dan il-kampjonat isir f’uħud mit-toroq storiċi li hemm fl-Ingilterra fosthom Loton Park, Prescott u Shelsey Walsh. It-triq ta’ Loton Park hi twila ftit anqas minn mil u ilha tintuża għall-isport mis-snin ħamsin. Prescott Hillclimb ilha tintuża mill-1938 u ġiet miżjuda għal ftit aktar minn mil fl-1960. Shelsey Walsh hu l-eqdem post fid-dinja li għadu jintuża fil-motorsport, proprju minn Awwissu tal-1905.