Lokali

2 irġiel midruba fi ġlieda fil-Ħamrun

Mill-inqas żewġ persuni spiċċaw feruti, iżda rrifjutaw li jittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara li nqalgħet ġlieda bejn żewġ familji li jgħixu fl-istess triq, Triq Indri Cilia fil-Ħamrun.

Jirriżulta li l-argument eskala tant li dawk involuti spiċċaw jagħtu b’sikkina, imma wkoll b’biċċiet tal-injam u ħadid.

Filfatt il-Pulizija sabu biċċiet tal-injam mimlija demm, kif ukoll armi oħra li ntużaw. Jirriżulta li kollox beda ftit wara s-sitta ta’ waranofsinhar, bil-Pulizija jaslu fil-post ftit tal-ħin wara b’numru kbir ta’ uffiċjali jżommu lill-membri taż-żewġ familji ‘l bogħod minn xulxin filwaqt li għalqu t-triq miż-żewġ naħat.

Mill-inqas żewġ persuni ntalbu jsegwu lill-Pulizija sal-għassa fejn ġew interrogati.